Author(s): Elisabeth Schepers
Maqlub għall-Malti minn Jürgen Azzopardi. Elisabeth Schepers mid-Deutsches Museum ġewwa Munich, il-ġermanja, tintroduċi programm għall-iskejjel fejn jgħaqqad il-bidla fil-klima mal-futur tat-teknoloġija tat-traffiku.
Deutsches Museum ġewwa
Munich
Stampa grazzi għad-Deutsches
Museum
Il-klima tad-dinja qiegħda tisħon, l-aktar minħabba l-livelli ta’ Carbon Dioxide (CO2) fl-atmosfera li qegħdin jiżdiedu. Illum il-ġurnata, it-traffiku huwa dak li qed joħloq għoxrin fil-mija ta’ din iż-żieda.
Żieda fil-livelli tal-gass ta’ l-effett tas-serra CO2 ser iwassal għal iktar sħana globali li se ttellef il-ħajja fid-dinja. Barra minn hekk, fossil fuels – l-iktar sorsi ta’ enerġija mportanti għaċ-ċivilizazzjoni tagħna – huma limitati. Il-bnedmin dalwaqt ser ikollhom jaqilbu għal sorsi alternattivi ta’ enerġija – jekk mhux illum, dalwaqt fil-futur. Iżda l-mobilta` hija waħda mill-bżonnijiet bażiċi: biex tgħix komdu hemm bżonn ta’ mezzi ta’ trasport, enerġija jew lilna nfusna.
Biex ngħixu, għandna bżonn niċċaqalqu minn post għal ieħor, imma b’ dan iċ-ċaqliq neqirdu l-ambjent li fih aħna ngħixu. Kif nistgħu insolvu din id-dilemma? Id-Deutsches Museumw1 indirizza din il-mistoqsija lil studenti, ta’ eta` bejn għaxar snin u sittax-il sena, permezz tal-proġett PENCIL li jinvolvi tlett messaġġi:
- Il-Klima hija sistema u aħna nagħmlu parti minnha. Individwalment, ilkoll kemm aħna nagħmlu tikka kontribuzzjoni għal din is-sistema, pero l-effetti tal-kontribuzzjonijiet tagħna kollettivament għal din is-sistema jistgħu ikunu devastanti – bħal tempesti tropikali fl-Ewropa.
- Iċ-ċavetta hija soluzjonijiet kreattivi, bħal alternative fuels, renewable energies u metodi differenti ta’ ċaqliq minn post għal ieħor. X’ għażliet għandna? Liema għażla hi tajba għalija?
- La aħna lkoll nipproduċu CO2, kollha kemm aħna għandna responsabilta`. X’ nistgħu nagħmlu sabiex nindirizzaw dawn ir-responsabilitajiet?
Esperti fil-klima u l-edukazzjoni mid-Deutsches Museum ħadmu m’ għalliema minn 15-il skola sekondarja biex jiżviluppaw attivitajiet ibbażati fuq ir-riċerka dwar il-klima t’ issa u fuq il-futur tat-teknoloġija tat-traffiku. Il-proġett, li jsir ġos-sala dwar l-ambjent u l-mużew tat-traffiku tad-Deutsches Museum, għandu l-għan li jiżviluppa l-kapaċitajiet bażiċi ta’ riċerka ta’ l-istudenti u l-kapaċita` li jibnu opinjoni ndividwali, li jużaw metodi kross-kurrikulari u interdixxiplinarji, u li jkunu soċjalment inklużi.
L-ewwel messaġġ jiġi ndirizzat fi żjara ġos-sala dwar l-ambjent, fejn tiġi nvestigata s-sistema tal-klima u l-effetti li parti mis-sistema tagħmel fuq il-bqija tal-partijiet fis-sistema. It-tieni messaġġ jiġi diskuss fi żjara oħra, fil-mużew tat-traffiku, fejn l-istudenti joħorġu b’ mistoqsijiet u rakomandazzjonijiet lil aġenziji bħal kunsilli, fabbriki lokali tal-karozzi, klabbs tal-karozzi jew kumpaniji tat-trasport. It-tielet messaġġ huwa l-qofol ta’ role-play fejn tistieden lill-istudenti jużaw l-informazzjoni li jkunu ġabru tul l-ewwel żewġ attivitajiet u mis-sit fuq l-internet magħmul apposta biex jiżviluppaw opinjonijiet tagħhom stess dwar is-suġġett u biex jaqsmu argumenti favur u kontra żviluppi speċifiċi tat-traffiku.
Tipikament, programmi speċjali fid-Deutsches Museum żaruhom skejjel primarji jew skejjel sekondarji ta’ livell ogħla (Gymnasien). Biex tintlaħaq firxa akbar ta’ studenti, stedinna skejjel sekondarji ta’ livell iktar baxx biex jieħdu sehem fl-iżvilupp tal-proġett dwar il-bidla fil-klima. Ir-rispons mingħand dawn l-iskejjel kien pożittiv ħafna, u l-involviment mingħand għalliema ta’ suġġetti differenti u tipi ta’ skejjel differenti kien ta’ għajnuna għalina biex niżviluppaw proġett bi struttura bażika iżda b’ kontentut versatili.
Iż-Żjara fil-mużew
Stampa grazzi
għad-pixelquelle.de/Kurt
Michel
Fi żjara ta’ 90 minuta, is-suġġett tal-bidla fil-klima u t-traffiku jintuża biex jintroduċi lill-istudenti ma’ riċerka xjentifika tal-lum u l-bini ta’ mudelli kif ukoll m’ għażliet politiċi u ndividwali dwar din ir-riċerka.
Per eżempju, fl-attivita dwar l-uragan li ssir ġewwa s-sala dwar l-ambjent, l-istudenti jiġu ntroduċuti ma’ l-effetti ta’ diżastri tat-temp bħal uragani fl-Ewropa. L-istudenti riedu partikolarment jużaw theddida ta’ vera biex jitgħallmu dwar il-bidla fil-klima, u mhux biss permezz ta’ mudelli jew informazzjoni teoretika. L-astratta ‘global warming’ ikkawżata miż-żieda fil-livelli ta’ CO2 ma toħloqx biss ġranet sħan fis-sajf, iżda anki temp estrem bħal dak li għadu kif issemma, l-uragan. Għalhekk, bħala eżempju ta’ bidla fil-klima, użajna l-Hurricane Vince, li laqat il-peniżola Iberika f’ Ottubru ta’ l-2005. Bħalissa, m’ hemm l-ebda mezz tajjeb ta’ prekawzjoni kontra maltemp tropikali fl-Ewropa. Il-mistoqsija lill-istudenti tkun: kif nistgħu nevitaw maltemp tropikali f’ reġjunijiet fid-dinja mhux tropikali? Biex jirrispondu din il-mistoqsija, l-istudenti jagħmlu għadd ta’ attivitajiet differenti ta’ riċerka.
L-istudenti jiġu ntroduċuti max-xogħol ta’ riċerka li jridu jagħmlu fi gruppi żgħar permezz ta’ edukaturi mill-mużew, u wara jużaw worksheet sabiex jiġbru informazzjoni mis-swali tal-mużew. Din il-worksheet ġiet żviluppata b’ attenzjoni kbira ħafna, u tippreżenta x-xogħol prinċipali tar-riċerka – waħda mis-sebgħa mistoqsijiet li jwasslu għat-tweġiba finali dwar kif jiġi evitat uragan fl-Ewropa. Is-suġġetti jinkludu mudelli dwar is-sistema tal-klima, il-kontenut ta’ l-atmosfera u l-kontribuzzjoni tat-traffiku għat-tniġġiż, esperiment fiżiku, informazzjoni storika u ġeografika, politika dwar il-klima, għażliet personali u ħarsa lejn renewable energies. L-istudenti m’ humiex imħeġġa biss biex jirrispondu l-mistoqsijiet, iżda wkoll biex jiddiskutu s-suġġetti u li joħorġu b’ aktar mistoqsijiet lill-edukatur tal-mużew. Għaldaqstant, l-edukatur tal-mużew huwa espert imħarreġ ħafna u li għandu PhD fil-bioloġija.
Student ta’ 9 snin jispjeġa
l-effett tas-serra lil sħabu
tal-klassi
Stampa grazzi għad-Deutsches
Museum
Wara, l-istudenti jieħdu lil sħabhom dawra mas-sala, jippreżentaw ir-riċerka u s-sejbiet tagħhom, iwieġbu iktar mistoqsijiet, jirreferu għal preżentazzjonijiet ta’ qabel, u jużaw l-esperimenti tal-mużew u wirjiet interattivi biex jivviżwalizzaw dak li sabu. Edukaturi tal-mużew jgħinu lit-tfal f’ informazzjoni nieqsa, jgħaqqdu preżentazzjonijiet individwali mas-suġġett ewlieni u, l-aktar importanti, iħeġġu lill-istudenti jikkontribwixxu u jirriċerkaw aktar.
Studenti li jżuru huma skantati kif tfajliet u ġuvintur żgħar jistgħu ikollhom influwenza politika, per eżempju bħala konsumaturi, parteċipanti fit-traffiku jew membri fi gruppi ambjentali. L-ewwel jibdew jiddiskutu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ xi suġġetti waqt preżentazzjoni fi grupp: se jkun hemm għargħar fl-Ewropa? Il-kontribuzzjoni tiegħi tagħmel differenza? Jekk innaqsu l-emissjonijiet ta’ CO2, it-temperatura tinżel immedjatament? L-għalliema japrezzaw il-kapaċita` tal-programm li jmiss u jgħaqqad kollox f’ daqqa, għax il-kurrikulu huwa normalment iktar dettaljat iżda ma jagħtix ħarsa ġenerali lejn is-suġġett.
Programm li jikkorrespondi ma’ dan qiegħed jiġi ddisinnjat fil-mużew tat-traffiku, li jħares lejn suġġetti bħal tniġġiż, renewable fuels, enerġiji alternattivi u l-mobilta` bħala bżonn ewlieni għall-bniedem. Flimkien, il-programmi joħolqu stampa ċara dwar ir-rwol li t-traffiku għandu fil-bidla fil-klima u l-għażliet personali li n-nies jagħmlu sabiex jinfluwenzaw dan. Barra minn hekk juru l-impatt mhux biss fil-klima iżda anki fis-soċjeta` u jagħmlu l-istudenti konxji dwar ir-responsabilta` tagħhom.
Role play
Fil-fażi li jmiss, role-plays jintużaw biex jintroduċu lill-istudenti ma’ sitwazzjonijiet li jirrikjedu teħid ta’ deciżjonijiet, per eżempju:
- Kif nista nagħmel ix-xirja ta’ kull ġimgħa għall-familja?
- Minn fejn irrid nixtri, u kif irrid nasal hemm?
- Hemm bżonn nieqaf insuq u nixtri mill-Internet minflok?
Bidla fil-klima – Xi ngħidu
dwar renewable energies?
Dan l-istudent qiegħed
jintroduċi lil sħabu m’
għażliet differenti
Stampa grazzi għad-Deutsches
Museum
L-istudenti diġa jkollhom ftit informazzjoni ġenerali dwar dawn is-suġġetti miż-żjara tagħhom fil-mużew. Biex jiġu inkoraġġuti għal aktar diskussjoni u għażliet, l-istudenti jingħataw kwotazzjonijiet ta’ nies involuti fit-traffiku u f’ suġġetti dwar klima, bħal manager ta’ kumpanija tal-karozzi jew klabb tar-roti, rappreżentant tal-Green Cityw6, jew professur fl-iżvilupp tat-traffiku. Dan il-materjal ser ikun dalwaqt poġġut fis-sit elettroniku tad-Deutsches Museumw2.
Għal kull waħda mit-tlett sitwazzjonijiet, il-pakkett tar-role-play jinkludi kwotazzjonijiet li jippreżentaw numru ta’ argumenti u opinjonijiet, li jippermettu lill-istudenti jaqsmu fehmiet bejniethom jew joħolqu dibattitu. Il-pakkett jinkludi wkoll suġġerimenti għall-mexxej tar-role-play, li jista jkun student jew għalliem.Website
Ir-role-play jista jsir wara wieħed mill-programmi tal-mużew, jew l-iskola wara ż-żjara. Issir meta ssir, l-istudenti jiftakru l-informazzjoni miż-żjara fil-mużew (jew mis-sit elettroniku) u jargumentaw minn perspettivi differenti. B’ hekk, jiżviluppaw opinjonijiet għalihom infushom dwar il-bidla fil-klima, opinjonijiet personali, renewable energies, u oħrajn, flok ma jadottaw opinjoni poġġuta lilhom.
Sit Elettroniku
Biex jgħin lill-għalliema isegwu ż-żjajjar fil-mużew fil-klassi, is-sit elettroniku tad-Deutsches Museum jipprovi informazzjoni dwar il-bidla fil-klimaw2, b’ sezzjoni ġdida dwar bidla fil-klima u t-traffiku. L-informazzjoni hija provduta kemm bl-Inġliż u kif ukoll bil-Ġermaniż, u tindirizza sebgħa suġġetti ġenerali dwar il-klima. Sezzjoni oħra hija partikolarment dedikata għall-proġett, dwar l-effett tas-serra, bidla fil-klima, sistema tal-klima, l-Antartika, storja tal-klima, politika dwar il-klima, logħba, u l-klima u t-traffiku, li tinkludi alternative fuels u teknoloġija ġdida ta’ magni u ideat għal mobilta` tal-futur.
Web References
- w1 – Id-Deutsches Museum huwa wieħed mill-akbar mużewijiet tax-xjenza fl-Ewropa
- w2 – Materjal dwar il-bidla fil-klima jinsab fis-sit elettroniku tad-Deutsches Museum.
- w3 – Informazzjoni dwar PENCIL tinsab fis-sit elettroniku ta’ l-Xplorae.
- w4 – Is-sit elettroniku ta’ l-Ecsite, l-organizzazzjoni Ewropeja li tirrapreżenta ċentri u mużewijiet tax-xjenza.
- w5 – Informazzjoni dwar NUCLEUS tinsab fis-sit elettroniku ta’ l-Xplora.
- w6 – Green City hija non-governmental organisation li taħdem biex ittejjeb il-kwalita` ta’ ħajja ġewwa Munich permezz ta’ pjanar ekoloġiku urbanistiku.
Resources
- Għal aktar informazzjoni dwar tagħlim formali u nformali, ara:
- Davies P (2004) Anerkennung und Wertschätzung informellen und formellen Lernens. In John H, Thinesse-Demel J (eds) Lernort Museum – neu verortet. Bielefeld, Germany: Transcript Verlag für Komma fdunikation, Kultur und soziale Praxis
- Black G (2005) The Engaging Museum: Developing Museums for Visitor Involvement. New York, NY, USA: Routledge
- Weber T (2002) Learning in schools and learning in museums: which methods best promote active learning? In Calcagnini S, Felfoldi Z, Van Den Bosch J, Xanthoudaki M (eds) A Manual of Good Practice Based on the Collaboration Between Science Museums and Schools. Milan, Italy: Museo Nazionale della Scienza e della Tecnologia
- Bevan B, Semper RJ (2006) Mapping Informal Science Institutions onto the Science Education Landscape
- Science on Stage Deutschland (2006) The importance of interdisciplinary education. In Teaching Science in Europe. Berlin, Germany.
- Lewalter D, Geyer C (2005) Die Evaluation der Homepage des ZNT. In Noschka-Roos A, Hauser W, Schepers E (eds) Mit neuen Medien im Dialog mit den Besucher pp 32-42. Berlin, Germany: G+H Verlag
License